Dipressjoni
ID-DIPRESSJONI
Kull persuna f'xi punt jew ie h or fil- h ajja ghandha mnejn iggarrab cirkostanzi li jgaghluha thossha depressed.
Statistika
Ricerka ricenti turi li bejn wiehed u iehor 7 minn kull 100 persuna fid-dinja tbati minn dipressjoni wara l-età ta' 18-il sena, f'xi waqt jew iehor f'hajjitha.
- 1 minn kull 33 tfal u 1 minn kull 8 adoloxxenti jsofru minn dipressjoni klinika. Is-suwicidju huwa t-tielet l-aktar kawza komuni ta' mwiet forst dawk ta' bejn l-10 u 24 sena.
- Il-maggoranza ta' dawk li nghataw dijanjosi ta' major depression, jircievu din id-dijanjosi meta jkunu bejn qrib it-30 u fin-nofs tat'tletinijiet.
- Madwar sitt miljun persuna tkun effettwata minn dipressjoni f'età avvanzata izda 10% biss jircievu kura.
- Ghal kull ragel li jizviluppa dipressjoni, hemm zewg nisa li jsofru minnha minkejja r-razza u mezzi finanzjarji.
- Aktar minn nofs dawk li qed jiehdu hsieb membru tal-familja anzjan jizviluppaw sintomi ta' dipressjoni.
• 28 fil-mija tan-nisa li jwelldu fid-dinja taqbadhom post-partum depression .
- Sas-sena 2020, id-dipressjoni se tkun it-tieni marda l-aktar komuni fid-dinja.
X'mhijiex id-dipressjoni? I d-dipressjoni la hija dwejjaq u lanqas stress. Hija tbatija.
Tipi ta' dipressjoni :
- 1. Tahlita ta' ansjetà u dipressjoni (anxiety depressive illness).
- 2. Mild Depression. Il-persuna tista' tfittex forom differenti ta' ghajnuna li mhux bilfors tinvolvi medicina.
- 3. Major Depression: stat qawwi fejn ikun hemm certu tibdil fil-mohh.
- 4. Depression mhux tremenda (chronic dystamia) li ddum ghal hafna xhur jew snin u tghajji ‘l bnidem jekk ma jiehux ilkura.
- 5. Bi-polar affective disorder: il-persuna jkollha waqtiet fejn tkun u thossha normali jew kuntenta zzejjed u zmien iehor fejn thossha depressed. Dan ic-ciklu jirrepeti ruhu.
Jezistu numru ta' fatturi li jzidu c-cans li wiehed jimrad b'dipressjoni. Dawn il-fatturi jinkludu:
- i. Esperjenzi fit-tfulija bhal telfa ta' xi hadd ghaziz; stress kbir; u abbuz.
- ii. Stress kbir meta wiehed ikun adult . Inxebbhu persuna ma' fallakka li fuqha jitghabba piz fuq iehor sa ma fl-ahhar il-fallakka tixpakka. Per ezempju persuna li bla waqfien tiehu hsieb membru tal-familja. Kulhadd ghandu l-breaking point tieghu. Hafn'aktar minn carers ohra, persuni li regolarment u ghal zmien twil, bla waqfien, jiehdu hsieb membru tal-familja b'mard mentali huma fir-riskju li jimirdu bid-dipressjoni.
- iii. Telfiet fil-hajja bhal ma hu impieg, amputation, mewt ta' xi hadd ghaziz.
- iv. Il-karattru : aspetti tal-karattru li nirtuh jew twelidna bih.
- v. Il-genetika/ fatturi bijologici.
- vi. Reactive depression: meta t-trigger ikun wiehed estern.
- vii. Endogenous depression: fejn il-fatturi huma interniu genetici
Id-dipressjoni ma tigrix wehedha. Ghandu mnejntkun ikkawzata minn zewg fatturi bhal xi haga li tigri li ggaghlek issofri flimkien mal-predizpozizzjoni ghall-marda (genetika). Il-mohh hu maghmul minn mitt elf miljun nervituri li bejniethom juzaw mal-100 sustanza. Il-mohh ta' min hu marid b'dipressjoni jkun naqaslu xi sustanzi bhas-Serotonin, id-Dopamine u l- N oradrenaline . Din il-marda tikkawza tbatija u tibdil fil-mohh. Hija forma ta' disprament. Persuni li qed jghixu fi stress kontinwu se jaslu f'punt fejn il-mohh se jkun effettwat ..
Dawk il-persuni li wirtu mard mentali ghandhom mnejn (a) ikunu effettwati mill-istaguni (tibdil tad-dawl). Ghawdex hemm min jghid “jaqbdu dipressjoni fi zmien il-ful.” Bl-Ingliz hawn jinghad: “as mad as a March hare.” (b) taqbadhom ghax ikunu taht stress; jew (c) taqbadhom ghal xejn b'xejn.
Xi jhossu persuni li jsofru mill-marda tad-dipressjoni? – SINTOMI
- 1. Il-hsus : persuna tghid li thossha qalbha sewda; li taghli ghax sebahjew tibza' ghax gej il-lejl; li mhi kapaci ghal xejn; li qed tara swidija; li l-passat kien kollu dizastru; li ma tara xejn tajjeb fiha nnifisha; li hi zball tan-natura;
- 2. Anhidonia : jigifieri meta persuna titlef il-kapacità li tiehu gost.
- 3. Thoss sens ta' htija ghal dak li qed jigrilha.
- 4. Meta persuna titlef kull tama fil-futur (hopelessness).
- 5. Sintomi fizici bhal zieda fil-piz jew nuqqas fil-piz; ugiegh; tbati biex tipporga jew ikollha dijarea ; ma tinhasilx;
7. Sintomi ohra: Ma tohrogx mill-kamra tas-sodda u mid-dar; tintappa t-twieqi halli ma jidholx dawl ghax tippreferi d-dlam; ma tkun trid titkellem ma' hadd; ma tkunx trid tara lil hadd; tirrifjuta li thalli niex izuruha, anke familjari; ma tkunx trid tmur ghall-ghajnuna.
Il-kura, kemm iddum biex tahdem, u l-fejqan
Hu hsieb il-kawza. Jekk depressed minhabba separazzjoni, relazzjoni li qed tiqras, mur ghall-ghajnuna ghal dan ukoll sabiex tkun qed tattakka l-kawza minn gheruqha. Illum il-gurnata l-maggoranza tal-GPs u Psikjatri jittrattaw id-dipressjoni MHUX b'KALMANTI izda b'zieda fis-sustanzi tal-mohh, (anti depressants) dejjem skont il-htiega tal-persuna. Dan sabiex in-nervituri jergghu jigu f'taghhom.
• Iridu jghaddu xi 3 gimghat biex tibda tahdem il-kura.
• Iridu jghaddu xi 6 gimghat sa ma tara effetti tajba .
Il-maggoranza jfiqu.
Dawk il-persuni li taqbadhom dipressjoni darbtejn f'hames snin jew tliet darbiet f'hajjithom ikollhom jibqghu jiehdu l-kura ghal ghomorhom.
Min iwaqqaf il-medicina qabel 6 xhur, se jkollu 80% cans li jerga' jaqa' f'dipressjoni.
ECT : Forma ohra ta' kura effettiva li tintuza rarament imma li tintuza b'effetti pozittivi hafna hija l-ECT (Electro Convulsive Therapy). Din il-magna tistimula l-mohh b'electrodes ghal 10 sekondi taht il-loppju. Tinghata darbtejn f'gimgha u l-persuna trid tkun sajma minhabba l-loppju. Wara l-10 sekondi, il-persuna tistejqer, tiehu belgha kafe wara saghtejn u tmur lura d-dar. Din il-kura hi effettiva hafna u persuna jirnexxilu jghaddilha aktar maljr Iserrahha hafna. M'hemmx periklu ta' brain damage permanenti u l-memorja li tintilef terga lura wara jum jew tnejn. L-ECT gieli tintuza ghall-post-partum psychosis meta jkun hemm periklu li l-mara tikkommetti suwicidju jew/ u toqtol lit-tarbija. L-ECT mhix babaw li wiehed ghandu jibza minnha.
Id-dipressjoni u s-suwicidju : Dipressjoni qawwija tista' twassal persuna biex tikkommetti suwicidju. Biex persuna tasal biex tnehhi hajjitha b'idejha, min jaf kemm tkun qed tbati. Il-kawza hija s-sofferenza interna li wiehed ihoss minhabba l-marda nnifisha. 10% ta' min ibati minn dipressjoni u ta' min ibati minn skizofrenija jikkommettu suwicidju. Ghandna nhobbuhom u naccettaw il-fatt.
X'ghandna naghmlu?
Hafna drabi il-familjari ma japprezzawx bizzejjed it-tbatija li thoss persuna depressed.
Irridu nigdmu lsienna u nirrealizzaw li kummenti bhal “U ejja qum minn hemm, ejja, isa....”, jew “ja ghazzien, qum u inhasel, se tibqa rieqed?” huma kummenti li jghaddsu lil dak li jkun aktar 'l isfel.
Ghandna bzonn li:
- • Naccettaw li l-persuna tbati minn dipressjoni;
- • Nifhmu li l-persuna ma tiflahx. Nempatizzaw maghha u nuruha li qed nifhmu li hi tassew ma tiflahx u li l-marda mhix qed thalliha tiffunzjona sew.
- • Nuruha bic-car li ahna qeghdin hemm ghalija ghal dak kollu li jkollha bzonn.
- • Nghinuha b'mod gentili biex taccetta li tmur ghall-ghajnuna u nghinuha taghmel appuntament u nakkumpanjawha jekk tridna.
- • Inhegguha tohloq ftit struttura fil-hajja billi taghmel pjan zghir, pjan maniggabbli, sabiex taghmel xi haga fid-dar. Naghmlu dan b'ghozza, imhabba u l-kelma t-tajba.
- • Nibqa' nittama u nheggeg it-tama. Niftakar li l-maggoranza jigu f'taghhom mill-gdid. Min ma jigix tajjeb, jista' jigi ferm ahjar. Kompli fittex l-ghajnuna.
- • Mur kellem professjonista u ibqa' mur kull meta jkollok bzonn – bi dritt – b'obbligu ghall-persuna marida. Ma jimpurtax jekk tfittexsecond opinion .
Figuri ppubblikati fuq id-Dipressjoni: Journal of the American Medical Association, World Health Organization , National Institute of Mental Health (USA) , Depression u Bipolar S upport Alliance, Center for Mental Health Services, Brown University Long Term Care Quarterly .