Books
OTHER PUBLICATIONS in this website / PUBBLIKAZZJONIJIET OĦRA f'dan il-websajt:
Emotional Self-Help Resources - comic, chart, booklets - click HERE
Għodda biex titqawwa f'każ ta' sentimenti tqal - ikklikkja HAWN
Għodda biex titqawwa f'każ ta' sentimenti tqal - ikklikkja HAWN
Bdoti fil- Maltemp
|
Dan il-ktieb hu frott ta’ ħidma mill-qrib ma’ mijiet ta’ qraba-carers li ġejna f’kuntatt magħhom fil-ħidma ta’ kuljum tagħna. Qraba-carers huma dawk il-membri tal-familja li jerfgħu r-responsabiltà kbira li jikkuraw qarib għażiż marid b’mard mentali b’għożża bla ma jfittxu ħlas u unuri. Jieħdu ħsieb qaribhom marid b’paċenzja, b’umiltà, b’imħabba, b’sens ta’ dover u b’ħafna sagrifiċċji. Jagħmlu minn kollox biex jagħtu lil qaribhom ankra fis-soċjetà.
Ta’ spiss huma l-uniċi ħbieb li jibqagħlu l-qarib marid meta kulħadd ikun warrab minn ħajtu. Il-qraba huma dawk li meta jsibu ruħhom fi dlam ċappa, ma joqogħdux jisħtu d-dlam imma jixegħlu torċ. Huma dawk li mil-lumi jagħmlu l-luminata. Għalkemm jistħoqqilhom kull unur, għad hawn min iqis li huma l-kaġun tal-marda. Billi l-kura tal-mard mentali qed tingħata fil-komunità, u billi l-familja qed terfa’ l-piż tal-kura fi ħdanha stess, ħassejna l-bżonn li nkomplu noffru tagħrif li jgħin lill-qraba jitgħallmu aktar dwar kif jieħdu ħsieb qaribhom marid b’mard mentali. Dan huwa t-tieni ktieb maħruġ bi sħab bejn is-St Jeanne Antide Foundation u l-Mental Health Association, żewġ għaqdiet li jaħdmu id f’id sabiex ikomplu jgħinu lill-qraba jkomplu jerfgħu r-responsabiltà kbira li qed jerfgħu b’inqas tbatija u b’aktar għerf. Iddeċidejna li f’kull kapitlu nittrattaw marda mentali differenti u nagħtu suġġerimenti prattiċi fuq kif jistgħu jkomplu joffru mħabba u kura bla ma jaqtgħu qalbhom u bla ma jitfarrku u jieqfu għax ikunu qatgħu qalbhom. Għażilna li niffukaw fuq il-mard mentali li l-aktar li niltaqgħu miegħu fix-xogħol tagħna fil-komunità. Dan il-ktieb jista’ jkun utli wkoll għal dawk kollha li jafu lil xi ħadd li jbati minn mard mentali - jew kollegi fuq il-post tax-xogħol, jew ġirien jew xi ħbieb. Jista’ jinteressa wkoll lil professjonisti f’oqsma tas-social work, tal-psikoloġija, tall-counselling, tal-liġi, tan-nursing, u tal-mediċina u lil kill min qed jistudja u jinteressah il-qasam tas-saħħa mentali. Huwa faċli ħafna li kull wieħed minna jiltaqa’ ma’ persuni li jbatu minn mard mentali. Fil-fatt, il-World Health Organisation (WHO) tgħid li l-mard mentali hu aktar komuni mill-kanċer, mill-mard tal-qalb u mid-dijabete f’daqqa. Il-bdoti jafu jidderieġu. Fil-maltemp, għandhom ħafna mezzi ta’ kif jiksbu għajnuna ħalli jsalpaw b’mod li jaslu qawwijin u sħaħ. Il-qraba li jieħdu ħsieb membru għażiż ta’ familthom b’mard mentali wkoll għandhom bżonn jilqgħu ruħhom għall-maltemp. B’din l-għodda, jeħfief it-toqol għax tgħinhom jagħmlu dak li qed jagħmlu b’imħabba u fejda waqt li jibqgħu b’saħħithom. |
Din hi storja għaż-żgħażagħ dwar il-vjolenza domestika mill-perspettiva ta' l-istess tifla fl-età ta' 6, 9, 12 u 15-il sena. Inkiteb mil-Kordinatur tas-Servizz SOAR tal-Fondazzjoni li joffri advocacy u għajnuna lill-nisa li ġarrbu l-vjolenza fir-relazzjonijiet tagħhom. Dan il-ktieb se jintuża waqt workshops li ma' żgħażagħ f'kuntesti differenti.
|
Caterpillar in a Jar |
Il-Mela Darba Tiegħi |
Ġrajjiet veri tagħna t-tfal - miktub u illustrat minn tfal li naħdmu magħhom u mal-familji tagħhom. Hemm illustrazzjonijiet ukoll ta' Marisa Attard. Il-kitbiet ta’ disa’ tifla u tifel jittrattaw sitwazzjonijiet fil-familja tagħhom bħal: il-fostering, il-vjolenza domestika, is-separazzjoni tal-ġenituri, il-vizzji, ġenitur il-ħabs, mewt ta’ membru tal-familja, mard serju u young caring. Il-ktieb maħsub għall-użu minn tfal, ġenituri, għalliema u professjonisti.
|
Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu – vjaġġi ta’ tama mterrqa minn qraba ta’ persuni b’mard mentali. Ippubblikat mill-Mental Health Association u s-St Jeanne Antide Foundation bħala għajnuna prattika għal family caregivers. Għal aktar informazzjoni fuq dan il-ktieb ikklikja fuq l-istampa tal-ktieb. Edituri: Connie Magro u Nora Macelli
|
Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu
|
Stars Shine Brightly in the Dark
|
English-language e-BOOK PUBLICATION of the Mental Health Association and the St Jeanne Antide Foundation STARS SHINE BRIGHTLY IN THE DARK - Download in pdf format.
|
Book Posters