Violence in an intimate relationship is often devastating on the survivor and the children involved. In Malta, 1 in 3 women are affected by intimate partner violence. Many women make it out, but are often left jobless, sometimes homeless and struggling with a broken spirit. Afraid to trust and re-victimised by the system, survivors often feel alone in their fight for survival.
SOAR is a survivor-led service that works towards enabling survivors of violence in intimate relationships and domestic violence to become empowered to pick up the pieces and rebuild their lives with resilience, dignity and well-being. Our service prioritises authentic inclusion, peer-support, appreciation for lived experience and social justice.
SOAR is a survivor-led service that works towards enabling survivors of violence in intimate relationships and domestic violence to become empowered to pick up the pieces and rebuild their lives with resilience, dignity and well-being. Our service prioritises authentic inclusion, peer-support, appreciation for lived experience and social justice.
The service works on 3 fronts:
Peer Support Service Through our Peer-Support Service, we nurture a spirit of peer-support and sisterhood among group members so as to encourage inclusion, well being and resilience. |
Training Speak to our accredited trainers about your organisation's Training needs, on identifying the red flags, and on finding help, resources and supporting others. |
Advocacy and Research SOAR has a rich resource of lived experience and is well-placed to Advocate for improved policies, laws, and practices that bring social justice to victims and survivors of domestic violence. |
-
PROJECTS
-
HELPLINES
-
SOCIAL ENTERPRISE
-
ARTICLES / BOOKS
<
>
ŻURŻIEQA LEJN IL-FAQAR (Article)
Joanne u żewġt uliedha adoloxxenti ġarrbu vjolenza kiefra u ħarxa fil-familja. Joanne taħdem 30 siegħa fil-ġimgħa u qed tħallas hi s-self fuq id-dar li nofsha biss hi tagħha. Qed tħallas ukoll bin-nifs u għal karozza użata li mingħajrha l-familja ssib ruħha f’aktar diffikultajiet. Il-ħolma tagħha hi li tistudja ħalli ttejjeb ħajjitha u tikseb ħiliet ġodda. Il-missier la jikkontribwixxi manteniment għat-tfal u lanqas il-parti tiegħu tal-pagamenti ta’ kull xahar lill-bank għad-dar matrimonjali. Joanne hija konxja ħafna tal-fatt li, jekk ma tħallasx il-pagament sħiħ lill-bank ta’ kull xahar, tispiċċa bla dar. U fejn se jmorru hi u uliedha jekk jiġri hekk? Billi l-każ ta’ separazzjoni għadu għaddej fil-Qorti u billi lQorti għad trid tissettja r-rata ta’ manteniment għat-tfal, il -missier mhu qed jikkontribwixxi xejn għat-tfal. Apparti minn hekk, il-missier ma jitlax il-Qorti kull meta jkun imsejjaħ u l-proċeduri qed jitwalu sew. Billi Joanne mhix qed tkampa finanzjarjament weħedha mal-ħajja u l-ispejjeż marbuta massaħħa tal-familja u edukazzjoni, ma kellha l-ebda għażla ħlief li, flok ma tinkiteb f’xi kors ta’ taħriġ ħalli ttejjeb il-prospetti tagħha, kellha bilfors tidħol għat-tieni impieg filgħaxijiet. U billi filgħaxija mhawnx faċilitajiet ta’ Child Care, ikollha tistrieħ fuq ommha għall-ħarsien tat -tfal minkejja li ommha taħdem ukoll. Ftit ilu, Joanne kellha tirriżenja mit-tieni mpieg wara li l-missier abbużiv irrappurtaha li qed titraskura lill-uliedha. Ta’ spiss, jistaqsi lill-Avukat tiegħu biex jissottometti rikors wara rikors l-Qorti fuq affarijiet li jaqla’ minn żniedu u jesaġera. Dan jagħmlu ħalli jkompli jikkontrollalha ħajjitha, jżidilha l-inkwiet u stress, jimbarazzaha billi l-Marixxalli tal-Qorti ġejjin u sejrin ifittxuha d-dar u fuq il-post tax-xogħol bit-taħrikiet, u jkompli jgħakkisha finanzjarjament bil-kontijiet tal-avukat tagħha. Joanne qed jiżdiedulha l-panic attacks. L-ansjetà tant kibret li żbruffatilha dipressjoni u qed issofri minn post-traumatic stress disorder (PTSD). Qed ikollha tħallas għat-terapija biex ma taqtax qalbha u b’xi mod tipporva tkampa. Qed timrad ta’ spiss. Kull meta tissejjaħ biex titla’ l-Qorti, qed ikollha tieħu unpaid leave għax il-leave tiġa’ użatu għad-drabi l-oħra li kellha titla’ l-Qorti u għal appuntamenti u laqgħat l-iskola. Il-biża’ ta’ Joanne li żewġha se jirnexxilu jdawwar lil kulħadd kontriha biex joħdulha t-tfal huwa kbir. Kien għalhekk li ddeċidiet li ddur għal avukat privat milli għal Legal Aid. Lispejjeż żdiedu kemm minħabba hekk, kif ukoll għax kellha tħallas ukoll l-kont tal-Qorti għal -assessment ta’ Psikologu mqabbad mill-Qorti. Id-dħul finanzjarju ta’ Joanne tant hu prekarju li l-familja żżerżqet sew fil-faqar. Qed ikollha tistrieħ fuq donazzjonijiet ta’ ikel, ħwejjeġ u oġġetti meħtieġa oħra. Il-karozza antika li għandha mhix ekonomika. Billi ma tista bl-ebda mod tibdilha, kull 3 xhur qed ikollha tara kif se ssewwiha għax mingħajrha diffiċli tkampa. Għal Joanne u uliedha, iż-żurżieqa lejn stat ta’ faqar hija tortura, mistħija, qtugħ ta’ qalb, biża’, qsim il-qalb u tbatija mentali kbira.
Artiklu mis-St Jeanne Antide Foundation. Maħruġ bil-permess ta’ Joanne. L-isem ġie mibdul b’rispett għall-privatezza.
Artiklu mis-St Jeanne Antide Foundation. Maħruġ bil-permess ta’ Joanne. L-isem ġie mibdul b’rispett għall-privatezza.